Language of document :

Rikors imressaq fit-18 ta' Ġunju 2007 - Martin Bermejo vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Joaquin Martin Bermejo (Brussell, Il-Belġju ) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2004 dwar l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni ġodda ta' l-Artikoli 11 u 12 ta' l-Anness VIII tar-Regoli tal-Persunal u, safejn huwa neċessarju, l-illegalità ta' dawn id-dispożizzjonijiet statutorji;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Settembru 2006 safejn tiffissa l-kalkolu ta' bonus tad-drittijiet għal pensjoni ttrasferiti mir-rikorrenti għas-sistema ta' pensjoni Komunitarja;

tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jeċċepixxi l-illegalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni ta' l-Artikoli 11 u 12 ta' l-Anness VIII tar-Regoli tal-Persunal dwar it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni1, fil-każ fejn ir-regola msemmija fl-Artikolu 7(3), tikser ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta' Ġunju 1997, dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-introduzzjoni ta' l-Euro2 , kif ukoll il-prinċipju ta' trattament ugwali, kif interpretati mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza ta' l-14 ta' Novembru 2006, Chatziioannidou vs Il-Kummissjoni (F-100/05, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

____________

1 - Informazzjoni amministrattiva Nru 60-2004 tad-9 ta' Ġunju 2004.

2 - ĠU L 162, p. 1.