Language of document : ECLI:EU:F:2010:108

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAT-TRIBUNAL
GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

23 ta’ Settembru 2010

Kawża F-51/07 RENV

Philippe Bui Van

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu P. Bui Van qed jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Ottubru 2006, li tikklassifikah mill-ġdid fil-grad AST 3, skala 2, meta inizjalment kien ġie kklassifikat fil-grad AST 4, skala 2, u tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-5 ta’ Marzu 2007, li ċaħdet l-ilment tiegħu, kif ukoll l-għoti ta’ euro simboliku bħala kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑51/07 RENV, Bui Van vs Il‑Kummissjoni, hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kummissjoni aċċettat li s-somma ta’ EUR 1 500, imħallsa lir-rikorrent biex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Settembru 2008, Bui Van vs Il‑Kummissjoni, F‑51/07, tibqa’ tar-rikorrent. Ir-rikorrent aċċetta li, għall-finijiet tar-rimbors ta’ parti mis-somma li rċieva bħala spejjeż biex tiġi eżegwita s-sentenza tal-11 ta’ Settembru 2008, il-Kummissjoni tirkupra s-somma ta’ EUR 1 500, billi, minn Ottubru 2010, tibda żżomm EUR 500 kull xahar mir-remunerazzjoni tiegħu matul tliet xhur. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta ma’ din il-proċedura u mal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

Sommarju

Uffiċjali — Rikorsi — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)