Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2015 – Frame vs UASI – Bianca-Moden (BiancalunA)

(Kawża T-628/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Borghese, R. Giordano, E. Montelione, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “BiancalunA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 246 204

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2720/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u/jew

tibgħat il-każ lura lill-UASI sabiex il-probabbiltà ta’ konfużjoni tiġi analizzata b’mod xieraq b’teħid inkunsiderazzjoni tar-riżultati tal-prova ta’ użu prodotti minn Bianca-Moden GmbH & Co. KG;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll dawk ta’ dawn il-proċeduri;alternattivament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex il-prodotti li ġejjin fil-klassi 25 jiġu rreġistrati: hwejjeġ ta’ taħt, piġamas, t-shirts, qliezet ta’ taħt għan-nisa, qliezet ta’ taħt tal-irġiel.Motivi invokatiInterpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 207/2009 meta ġie magħżul dritt preċedenti wieħed biss;Interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 207/2007 fl-evalwzzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni fost is-sinjali pparagunati.

____________