Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2015 – Frame vs UASI − Bianca-Moden (BIANCALUNA)

(Kawża T-627/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Borghese, R. Giordano, u E. Montelione, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “BIANCALUNA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 251 808

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-7/08/2015 fil-Każ R 2952/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u/jew

tibgħat lura l-każ quddiem l-UASI sabiex tiġi analizzata b’mod xieraq il-probabbiltà ta’ konfużjoni filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-prova ta’ użu ppreżentati minn Bianca-Moden GmbH & Co. KG;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll ta’ din il-proċedura;

alternattivament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li l-prodotti li ġejjin fil-Klassi 25 jiġu rreġistrati: ħwejjeġ ta’ taħt, piġami, t-shirts, qliezet ta’ taħt għan-nisa, qliezet ta’ taħt tal-irġiel.

Motivi invokati

Interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 207/2009 meta ġie magħżul dritt preċedenti wieħed biss;

Interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 207/2007 fl-evalwzzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni fost is-sinjali pparagunati.

____________