Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2016 – Hako vs EUIPO (SCRUBMASTER)

(Kawża T-629/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea SCRUBMASTER – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Partijiet

Rikorrenti: Hako GmbH (Bad Oldesloe, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Marx, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2197/2014-4) li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SCRUBMASTER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hako GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 16, 18.1.2016.