Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BIANCALUNA)

(Kawża T-627/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BIANCALUNA – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti bianca – Ekonomija tal-ġudizzju – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Identiċità tal-prodotti – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: E. Montelione, M. Borghese u R. Giordano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2952/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bianca-Moden u Frame.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Frame Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 68, 22.2.2016.