Language of document : ECLI:EU:T:2017:781





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2017 –
Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BiancalunA)

(Kawża T628/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BiancalunA – Ċaħda – Trade mark preċedenti bianca – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Identiċità tal-prodotti – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Annullament jew bidla għal kawżi li jseħħu wara li tingħata d-deċiżjoni – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 65(2) u 76)

(ara l-punt 24)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti u tas-servizzi wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Konsegwenzi

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 188; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43(1))

(ara l-punti 25 sa 28)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi BiancalunA u bianca

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 36, 37, 41, 57, 67, 79, 80)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas‑7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2720/2014‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bianca-Moden u Frame.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas‑7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2720/2014‑5), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawn sostnuti minn Frame Srl.

3)

Bianca-Moden GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.