Language of document : ECLI:EU:T:2018:942





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat13 ta’ Diċembru 2018 –
Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs IlKummissjoni

(Kawża T630/15)

“Għajnuna mill-Istat – Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt – Għajnuna individwali – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà – Għajnuna intiża għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni – Neċessità tal-għajnuna – Effett ta’ inċentiv – Proporzjonalità tal-għajnuna – Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tippromwovi t-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Motivi li jikkostitwixxu talba ġdida – Inammissibbiltà

(Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 84(1))

(ara l-punti 45 sa 52)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 60, 61)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 84)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja fil-każ ta’ diffikultajiet serji – Kunċett ta’ diffikultajiet serji – Natura oġġettiva – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 108(2) u (3) TFUE)

(ara l-punti 138 sa 140)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(3)(b) TFUE)

(ara l-punt 141)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni – Kunċett – Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt – Inklużjoni

(Artikolu 107(3)(b) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014/C 188/02)

(ara l-punti 170 sa 182)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Adozzjoni minnha ta’ linji gwida dwar l-eżami tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern – Konsegwenzi – Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha

(Artikolu 107(3)(b) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2008/C 155/02)

(ara l-punti 261 sa 263)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat‑23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat‑23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżuri mogħtija mir-Renju tad-Danimarka lil Femern A/S għall-ippjanar, għall-kostruzzjoni u għall-użu tal-konnessjoni fissa tal-Fehmarn Belt.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart u Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.