Language of document : ECLI:EU:T:2011:64





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2011 – Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà manifesta”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni mitluba - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżura inkwistjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà ta’ talba ġdida għal miżuri provviżorji li għandha l-istess suġġett u li ma tipprovdi l-ebda vantaġġ lir-rikorrent (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 10-12)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 9525 finali, tal-21 ta’ Diċembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat MC 8/2009 u C 43/2009) – il-Ġermanja – bejgħ ta’ WestLB, sa fejn jirriżulta li għandhom jiġu fit-tmiem l-operazzjonijiet il-ġodda tal-Westdeutsche ImmobilienBank AG wara l-15 ta’ Frar 2011.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Westdeutsche ImmobilienBank AG.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.