Language of document : ECLI:EU:T:2008:403





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008 – Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/03)

“Rikors għal annullament – FEŻR – Kanċellament ta’ għajnuna finanzjarja – Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa – Entità reġjonali jew lokali – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbilta”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru li tikkanċella għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 21-26)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 2890 finali, tat-13 ta’ Awwissu 2003, li tikkanċella l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (90) 2363 025, tal-14 ta’ Diċembru 1990, għal proġett ta’ infrastruttura fi Sqallija, kif ukoll l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa mill-Kummissjoni taħt din il-kontribuzzjoni, fit-tieni lok, talba għall-annullament tan-nota ta’ debitu Nru 3240504102 tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2003, u fit-tielet u l-aħħar lok, l-annullament ta’ kull att ieħor konness jew preċedenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Regione Siciliana hija kkundannata għall-ispejjeż.