Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Columbus Stainless vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-445/22) 1

(Miżuri ta’ salvagwardja – Suq tal-prodotti tal-azzar – Importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar  – Ftehim ta' sħubija ekonomika – Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika – Klawsola ta’ eżenzjoni – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/664  – Ftuħ ta’ investigazzjoni  – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Columbus Stainless (Pty) Ltd (Middleburg, l-Afrika ta’ Isfel) (rappreżentanti: L. Catrain González u F. Pili, avukati)

Konvenuta: Il-Kummssjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u F. Marisi, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/664 tal-21 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU 2022, L 121, p. 12), fl-intier tiegħu jew sa fejn jaffetwha

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Columbus Stainless (Pty) Ltd għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 326, 29.8.2022.