Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – IB vs EUIPO

(Kawża T-38/23) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Invalidità totali u permanenti – Rifjut li titkompla l-proċedura ta’ invalidità – Artikolu 266 TFUE – Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Miżuri li tirrikjedi l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament – Proċedura dixxiplinari – Revoka – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IB (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, E. Lekan u D. Botis, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 207 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ April 2022 adottata b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2021, IB vs EUIPO (T-22/20, EU:T:2021:689), kif ukoll, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Novembru 2022 li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2022, it-tieni, b’mod prinċipali, il-kumpens għad-dannu mġarrab minħabba din id-deċiżjoni jew, sussidjarjament, li l-EUIPO tiġi ordnata tkompli bil-proċedura ta’ invalidità u, it-tielet nett, li t-tielet tabib tal-Kumitat tal-Invalidità jiġi maħtur ex officio.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ April 2022 adottata b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2021, IB vs EUIPO (T-22/20), hija annullata.

L-EUIPO hija kkundannata tħallas lil IB is-somma ta’ EUR 4 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn IB kif ukoll is-somom maħruġa mill-kaxxa tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna ġudizzjarja.

____________

1     ĠU C 223, 26.6.2023.