Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – momox vs EUIPO – Nyky (momox fashion)
(Kawża T-601/23) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: momox SE (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Lüken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Nyky Srl (Silea, l-Italja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Awwissu 2023 (Każ R 138/2023-1)
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess.
____________
1 ĠU C, C/2023/675 tat-13.11.2023.