Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 - Evraets vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2006 - Kapaċità tal-uffiċjal li jaħdem b'tielet lingwa)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Pascal Evraets (Lambusart, il-Belgju) (rappreżentanti: N. Lhoëst, sussegwentement N. Lhoëst u S. Fernández Menéndez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Parti intervenjenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 4, peress li ma weriex li huwa kapaċi jaħdem b'tielet lingwa, bħala parti mill-proċedura ta' promozzjoni 2006.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni li P. Evraets ma jiġix promoss bħala parti mill-proċedura ta' promozzjoni 2006 hija annullata.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u tar-rikorrent.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
____________1 - ĠU C 283, 24.11.2007, p. 44.