Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Lulju 2012 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-594/10 P)
("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Att li jikkawża preġudizzju - Rifjut impliċitu")
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-6 ta' Ottubru 2010, mogħti fil-Kawża Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-2/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.
Dispożittiv
Id-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Ottubru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-2/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), huwa annullat.
Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________1 - ĠU C 55, 19.02.2011.