Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-560/14)1

[“Rikors għal annullament – Regolament (UE) Nru 511/2014 – Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltàˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV (Hoorn NH, il-Pajjiżi l-Baxxi) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Rodrigues u R. Van de Westelaken, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (ĠU L 150, p. 59).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mill-European Seed Association (ESA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Produtturi tal-Ortikultura (IAPH).ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.