Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – One of Us et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/14) 1

(“Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Politika ta’ riċerka – Saħħa pubblika – Kooperazzjoni fl-iżvilupp – Finanzjament mill-Unjoni ta’ attivitajiet li jimplikaw il-qerda ta’ embrijuni umani – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 – Rikors għal annullament – Locus standi in judicio – Att kontestabbli – Inammissibbiltà parzjali – Stħarriġ ġudizzjarju – Obbligu ta’motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Citizens’ Initiative One of Us u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment C. de La Hougue, sussegwentement J. Paillot, avukati, u fl-aħħar nett P. Diamond, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Laitenberger u H. Krämer, aġenti)

Intervenjenit insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szwarc, A. Miłkowska u B. Majczyna, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment U. Rösslein u E. Waldherr, sussegwentement U. Rösslein u R. Crowe, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u K. Michoel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014) 355 finali tat-28 ta’ Mejju 2014, dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej imsejħa “Wieħed Minna”.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

European Citizens’ Initiative One of Us u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa mniżżel fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika tal-Polonja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 409, 17.11.2014.