Language of document : ECLI:EU:T:2012:52





Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Almunia Textil vs UASI — FIBA-Europe (EuroBasket)

(Kawża T-596/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trademark Komunitarja verbali EuroBasket — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Basket — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23, 46, 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 280/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Almunia Textil S.A. u FIBA-Europe eV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Almunia Textil S.A. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn FIBA-Europe eV, inkluż, f’dak li jikkonċerna din tal-aħħar, l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.