Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – Nec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/18) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni tal-prezzijiet fiż-ŻEE kollha – Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Gravità tal-ksur – Żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nec Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Pliego Selie, avukati, u R. Bachour, solicitor)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Cleenewerck de Crayencour, L. Wildpanner u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 final tal-21 ta’ Marzu 2018 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40136 – Kapasiters), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonstata li r-rikorrenti pparteċipat personalment fil-ksur u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nec Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 294, 20.8.2018.