Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – Rubycon u Rubycon Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/18) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni tal-prezzijiet fiż-ŻEE kollha – Multi – Immunità parzjali minn multa – Paragrafu 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 – Tnaqqis tal-ammont tal-multa – Paragrafu 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rubycon Corp. (Ina, il-Ġappun), Rubycon Holdings Co. Ltd (Ina) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés u A. Federle, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Ernst, L. Wildpanner u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 final tal-21 ta’ Marzu 2018 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40136 – Kapasiters), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rubycon Corp. u Rubycon Holdings Co. Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 294, 20.8.2018.