Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/18) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni tal-prezzijiet fiż-ŻEE kollha – Prattika miftiehma – Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża u dritt għal smigħ – Intanġibbiltà tal-att – Ksur uniku u kontinwu – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Valur tal-bejgħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Paragrafu 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nippon Chemi-Con Corporation (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer, M. Röhrig, I.-L. Stoicescu u P. Neideck, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Cleenewerck de Crayencour, B. Ernst, T. Franchoo, C. Sjödin u L. Wildpanner, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 final tal-21 ta’ Marzu 2018 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40136 – Kapasiters), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament tal-multa imposta fuqha permezz tal-imsemmija deċiżjoni jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nippon Chemi-Con Corporation għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 294, 20.8.2018.