Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – TUIfly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/18) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Ftehimiet konklużi bejn Kärntner Flughafen Betriebsgesellschaft u l-kumpanniji tal-ajru Hapag Lloyd Express u TUIfly – Servizzi ajruportwali – Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom – Vantaġġ – Kriterju ta’ investitur privat – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Dritt għal smigħ”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: TUIfly GmbH (Langenhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Giesberts u M. Gayger, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221(2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (ĠU 2018, L 107, p. 1), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TUIfly GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 301, 27.8.2018.