Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – Ryanair et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-448/18) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Ftehimiet konklużi bejn Kärntner Flughafen Betriebsgesellschaft ma’ Ryanair u s-sussidjarji tagħha Airport Marketing Services u Leading Verge.com – Servizzi ajruportwali – Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkurpru tagħhom – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Imputabbiltà lill-Istat – Vantaġġ – Kriterju ta’ investitur privat – Irkupru – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Dritt għal smigħ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin, l-Irlanda), FR Financing (Malta) Ltd (Douglas, il-Gżira ta’ Man) (rappreżentanti: E. Vahida u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2018/628 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (ĠU 2018, L 107, p. 1), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ryanair DAC, Airport Marketing Services Ltd et FR Financing (Malta) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 319, 10.9.2018.