Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – TUIfly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-619/18) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati mal-proċedura ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi – Interess pubbliku superjuri”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: TUIfly GmbH (Langenhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Giesberts u M. Gayger, avukati)

Konvenut: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck u F. Erlbacher, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 5432 finali tat-3 ta’ Awwissu 2018 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura amministrattiva li tirrigwarda l-Għajnuna mill-Istat SA.24221 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TUIfly GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 436, 3.12.2018.