Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Covestro Deutshland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-745/18) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Ġermanja favur ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku – Eżenzjoni mit-tariffi tan-network għall-perijodu 2012-2013 – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Ammissibilità – Kunċett ta’ għajnuna – Riżorsi tal-Istat – Ugwaljanza fit-trattamentt – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Covestro Deutshland AG (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Küper, J. Otter, C. Anger u M. Goldberg, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u K. Hermann, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, R. Kanitz, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/56 tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar skema ta’ għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta’ karga bażika skont l-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV (ĠU 2019, L 14, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Covestro Deutschland AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 82, 4.3.2019.