Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2014 – Ferring vs UASI– Kora Corporation (Koragel)

(Kawża T-169/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kora Corporation Ltd (Swords, l-Irlanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 721/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Koragel” għal prodotti fil-Klassi 5 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 490 027Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CHORAGON” għal prodotti fil-Klassi 5 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 695 314Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Arti

kolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.