Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2014 – Søndagsavisen A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-167/14)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Søndagsavisen A/S (Søborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Honoré u C. Fornø)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2013 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għal għajnuna għall-produzzjoni u għall-innovazzjoni tad-Danimarka għall-medja bil-miktub (SA.36366).

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, kompettitriċi tal-benefiċjarji tal-għajnuna, issostni li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li kien hemm dubju dwar il-kompatibbiltà tal-miżura rrapportata mas-suq intern u li l-Kummissjoni għalhekk kellha tadotta deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali: ara l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 4(4) tar-regolament proċedurali 1 . Billi naqset tagħmel dan, il-Kummissjoni injorat id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 108(2) TFUE.

Insostenn tal-argument li kien hemm dubju raġonevoli dwar il-kompatibbiltà tal-iskema mas-suq intern , ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi:

il-Kummissjoni naqset kompletament milli teżamina jekk l-iskema kinitx xierqa sabiex tiżgura l-espansjoni tal-kontenut tal-aħbarijiet pprovdut lill-poplu Daniż, b’dan il-mod jissaħħaħ il-proċess demokratiku,id-deċiżjoni kkontestata fi kwalunkwe każ hija nieqsa minn motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura; uil-Kummissjoni naqset milli teżamina l-effetti li jikkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni tal-iskema fir-relazzjoni bejn gazzetti mingħajr ħlas u gazzetti mibjugħa bil-flus.