Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-172/14 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza – Fumus boni juris”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stahlwerk Bous GmbH (Bous, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni (T-172/14 R) hija annullata.L-ispejjeż huma rriżervati.