Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/14) 1

(“Rikors għal annullament – Unjoni doganali – Ittra tal-Kummissjoni li tinforma biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu ta’ talba għall-maħfra tad-dazji doganali – Talba intiża li tinkiseb deċiżjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma Léon Van Parys (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren u R. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.-R. Killmann u M. van Beek, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2014, li tinforma lir-rikorrenti biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu tal-maħfra tad-dazji doganali previst mill-Artikolu 907 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), u min-naħa l-oħra, talba intiża li tinkiseb deċiżjoni li l-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93 kien kompletament applikabbli fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni  HYPERLINK "http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:62010TJ0324:fr:NOT" \l "TEXTE" (T-324/10, Ġabra, EU:T:2013:136).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Firma Léon Van Parys għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.