Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Mejju 2015 – Ferring vs UASI – Kora (Koragel)

(Kawża T-169/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Koragel – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CHORAGON – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Kora Corp. Ltd (Swords, l-Irlanda)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2014 (Każ R 721/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferring BV u Kora Corp. Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ferring BV hija kkundannata għall-ispejjeż.