Language of document : ECLI:EU:T:2014:1025





Rikors ippreżentat (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Novembru 2014 —
Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑171/14)

“Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Ittra tal-Kummissjoni li tinforma biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu ta’ talba għall-maħfra tad-dazji doganali — Talba intiża li tinkiseb deċiżjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 15)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti preparatorji — Esklużjoni — Ittra tal-Kummissjoni li tinforma biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu ta’ talba għall-maħfra tad-dazji doganali — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 20-22, 27, 28)

3.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni — Portata — Deċiżjoni li mhux neċessarjament tinkludi l-istess motivi inklużi fl-att annullat (Artikolu 266 TFUE) (ara l-punti 32-34)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2014, li tinforma lir-rikorrenti biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu tal-maħfra tad-dazji doganali previst mill-Artikolu 907 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), u min-naħa l-oħra, talba intiża li tinkiseb deċiżjoni li l-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93 kien kompletament applikabbli fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il‑Kummissjoni (T‑324/10, Ġabra, EU:T:2013:136).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Firma Léon Van Parys għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.