Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Pérez Gutiérrez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/14) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Saħħa pubblika – Direttiva 2001/37/KE – Fabrikazzjoni, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk – Ritratti bil-kulur proposti mill-Kummissjoni bħala avviżi marbuta mas-saħħa li għandhom jiġu inklużi fil-kundizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk – Deċiżjoni 2003/641/KE – Użu mhux awtorizzat tal-immaġni ta’ persuna li mietet – Dannu personali tal-konjugu superstitu tad-decujus”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ana Pérez Gutiérrez (Mataró, Spanja) (rappreżentant: J. Soler Puebla, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u C. Cattabriga, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni maħsub li jikseb, minn naħa, il-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-użu mhux awtorizzat tal-immmaġni tal-konjugu tagħha li miet fost ir-ritratti proposti mill-Kummissjoni għall-avviżi marbuta mas-saħħa li għandhom jiġu inklużi fil-kundizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147), u skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Settembru 2003, dwar l-użu ta’ ritratti bil-kulur u u stampi oħra bħala twissijiet dwar is-saħħa fuq pakketti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 7, p. 606), u, min-naħa l-oħra, l-irtitrar tal-immaġni tal-konjugu tagħha li miet u l-interdizzjoni tal-użu tagħha mill-Unjoni Ewropea.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ana Pérez Gutiérrez hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 135, 5.5.2014.