Language of document : ECLI:EU:T:2015:280





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Mejju 2015 —
Ferring vs UASI – Kora (Koragel)

(Kawża T‑169/14)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Koragel — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CHORAGON — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20-22, 28, 59, 70)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku — Prodotti farmaċetwiċi u prodotti li ma humiex farmaċewtiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 31-35)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali Koragel u CHORAGON (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 27, 40, 42, 51, 54, 58, 72-74)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 41)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Tendenza tad-diverġenzi kunċettwali li jinnewtralizzaw ix-xebh viżiv jew fonetiku — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 67)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 84)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2014 (Każ R 721/2013‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferring BV u Kora Corp. Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ferring BV hija kkundannata għall-ispejjeż.