Language of document : ECLI:EU:T:2015:607





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 –
Pérez Gutiérrez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑168/14)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Saħħa pubblika – Direttiva 2001/37/KE – Fabrikazzjoni, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk – Ritratti bil-kulur proposti mill-Kummissjoni bħala avviżi marbuta mas-saħħa li għandhom jiġu inklużi fil-kundizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk – Deċiżjoni 2003/641/KE – Użu mhux awtorizzat tal-immaġni ta’ persuna li mietet – Dannu personali tal-konjugu superstitu tad-de cujus”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni determinat – Assenza – Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 21, 22)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Kunċett – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja – Inklużjoni (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 7) (ara l-punti 30-33)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq ir-rikorrent – Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument – Kriterju – Kredibbiltà tal-provi prodotti (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 50)

Suġġett

Rikors għad-danni maħsub li jikseb, minn naħa, il-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-użu mhux awtorizzat tal-immaġni tal-konjugu tagħha li miet fost ir-ritratti proposti mill-Kummissjoni għall-avviżi marbuta mas-saħħa li għandhom jiġu inklużi fil-kundizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147), u skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/641/KE, tal-5 ta’ Settembru 2003, dwar l-użu ta’ ritratti bil-kulur u u stampi oħra bħala twissijiet dwar is-saħħa fuq pakketti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 606), u, min-naħa l-oħra, l-irtirar tal-immaġni tal-konjugu tagħha li miet u l-interdizzjoni tal-użu tagħha mill-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ana Pérez Gutiérrez hija kkundannata għall-ispejjeż.