Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 – Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/14)1

(“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna favur il-produzzjoni u l-innovazzjoni fil-qasam tal-istampa miktuba – Deċiżjoni li ma jitqajjmux oġġezzjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Assenza ta’ diffikultajiet serji – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Søndagsavisen A/S (Søborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Honoré u C. Fornø, sussegwentement minn M. Honoré, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt u B. Stromsky, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7870 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat SA.36366 (2013/N) innotifikata mir-Renju tad-Danimarka favur il-produzzjoni u l-innovazzjoni fil-qasam tal-istampa miktuba.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Søndagsavisen A/S hija kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 223, 14.7.2014.