Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Voigt vs Il-Parlament

(Kawża T-618/15) 1

(“Membru tal-Parlament Ewropew – Rifjut li jkun disponibbli bini tal-Parlament – Ċittadini ta’ Stati terzi – Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika – Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità – Ammissibbiltà ta’ motiv – Diskriminazzjoni bbażata fuq l-opinjonijiet politiċi”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Udo Voigt (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Seyr u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament, tad-9 ta’ Ġunju 2015 li tirrifjuta li tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rikorrent sala sabiex fiha ssir konferenza stampa fis-16 ta’ Ġunju 2015 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Ġunju 2015 li tirrifjuta l-aċċess għall-bini tiegħu lil ċittadini Russi,

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Udo Voigt huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk sosnuti mill-Parlament Ewropew, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

____________

1     ĠU C 106, 21.3.2016.