Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu - il-Kroazja) – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer

(Kawża C-484/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 805/2004 – Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati – Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew – Kunċett ta’ ‘qorti’ – Nutar li ħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ “dokument awtentiku” – Att awtentiku)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Novom Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ibrica Zulfikarpašić

Konvenut: Slaven Gajer

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutara, li jaġixxu fil-kuntest tas-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku”, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens ta’ dan ir-regolament.

Ir-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li mandat ta’ eżekuzzjoni maħruġ minn nutar, fil-Kroazja, abbażi ta’ “dokument awtentiku”, u li ma kienx is-suġġett ta’ oppożizzjoni ma jistax jiġi ċċertifikat bħala titolu eżekuttiv Ewropew peress li dan ma jirrigwardax debitu mhux ikkontestat fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament.

____________

1 ĠU C 389, 23.11.2015.