Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – EO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-623/18) 1
(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/323/16 u EPSO/AD/324/16 – Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva – Sistema lingwistika – Annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni – Konsegwenzi – Interess ġuridiku – Dannu morali”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: EO (rappreżentanti: E. Metodieva u V. Panayotov, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Milanowska, L. Vernier u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Diċembru 2017 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/323/16 ma niżilx isimha fil-lista ta’ riżerva mfassla fl-aħħar tal-proċedura ta’ għażla, fit-tieni lok, tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Lulju 2018 li tiċħad l-ilment tagħha mressaq kontra d-deċiżjoni msemmija u, fit-tielet lok, tar-“riżultati” ta’ din il-lista ta’ riżerva u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni materjali u morali li hija allegatament sofriet minħabba n-nuqqas li isimha jitniżżel fil-lista ta’ riżerva msemmija.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/323/16 tal-1 ta’ Frar 2018 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid ta’ EO hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil EO is-somma ta’ EUR 6 000.
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 4, 7.1.2019.