Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2009 - Glenton España vs UASI - Polo/Lauren (POLO SANTA MARIA)

(Kawża T-376/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glenton España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Polo/Lauren Company L.P. (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' r-rikors;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Ġunju 2009, fil-Każ R 594/2008-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "POLO SANTA MARIA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25, 36, 41 u 43

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni fil-Benelux tat-trade mark figurattiva "rappreżentazzjoni ta' siluwett ta' plejer tal-polo" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni appellata parzjalment annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell sostna b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati

____________