Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' April 2007 - Alexia Cros vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-37/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti:    Alexia Cros (Howald, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. Reveillaud, avocat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Awtorità li bis-setgħa ta' ħatra tad-19 ta' Lulju 2006 li taħtar lir-rikorrenti bħala uffiċjal bi prova bħala ġurista lingwista mill-1 ta' Settembru 2006, sa fejn din ngħatat il-grad AD7;

tordna u tiddeċiedi li retroattivament jingħatalha, mid-data tan-nomina ta' l-1 ta' Settembru 2006, il-grad A*10 li jikkorrispondi għall-grad LA6 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta' Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej1;

tordna r-rikostituzzjoni sħiħa tal-karriera tagħha b'effett retroattiv mill-1 ta' Settembru 2006;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tgħid li d-Deċiżjoni kkontestata, ibbażata fuq l-Artikolu 12 ta' l-Anness XIII ta' l-Istatut ta' l-Uffiċjali, tikser:

l-avviż tal-konkors ġenerali CJ/LA/242, li jgħid li l-impjieġ ta' min jgħaddi jsir fil-grad LA7/LA6;

il-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament;

il-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi kif ukoll il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba, trasparenza u ta' premura.

____________

1 - ĠU L 124, tas-27.04.04, p. 1.

2 - ĠU C 182 A tal-31 ta' Lulju 2002, p. 1.