Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Novembru 2012 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/11) 

["Sajd - Miżuri ta' konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd - Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 - Tnaqqis mill-kwoti mogħtija għal sena minħabba li jkunu nqabżu l-kwoti mogħtija għas-snin preċedenti - Applikazzjoni ratione temporis - Ċertezza legali - Interpretazzjoni li tiggarantixxi l-osservanza tad-dritt primarju - Prinċipju ta' nulla poena sine lege - Nuqqas ta' retroattività"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2010, tat-8 ta' Novembru 2010, dwar it-tnaqqis ta' ċerti kwoti tas-sajd għall-2010 minħabba sajd żejjed tal-ħut fis-sena ta' qabel (ĠU L 291, p. 31)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 89, 19.03.2011.