Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Frar 2011 - Omnis Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/11)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Omnis Group Srl (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: D.-A.-F. Tarara, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumissjoni, tal-1 ta' Diċembru 2010, fil-Każ COMP/39.784 - Omnis/Microsoft;

tirrinvija l-kawża lill-konvenuta għal deċiżjoni;

sussidjarjament, tiddeċiedi l-kawża hija stess u tilqa l-ilment tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-konvenuta fl-1 ta' Diċembru 2010 fil-Każ COMP/39.784 - OMNIS/Microsoft, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar allegat aġir antikompetittiv ta' Microsoft.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti:

1. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-rifjut tal-konvenuta li tinvestiga l-abbużi tal-kumpannija Microsoft fis-suq EAS/ERP (Entreprise Application Software/Entreprise Resource Planning) huwa bbażat fuq motivazzjoni infondata.

2. It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta evalwat b'mod żbaljat l-importanza tal-każ u waslet għall-konklużjoni infondata u illegali li l-problema invokata mir-rikorrenti ma hijiex ta' interess għall-Unjoni Ewropea.

3. It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tieħux azzjoni fir-rigward tal-ilment tar-rikorrenti hija infondata u illegali, inkwantu tikser id-drittijiet tar-rikorrenti.

4. Ir-raba' motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta adottat id-deċiżjoni tagħha mingħajr ma kellha dokumenti li juru l-affermazzjonijiet ta' Microsoft, b'mod li, minħabba din id-deċiżjoni, l-aġir antikompetittiv li huwa s-suġġett ta' dan l-ilment kompla, u l-iżvilupp tar-rikorrenti baqa' imblukkat.

____________