Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-25 ta’ Marzu 2024 – Società Eredi Raimondo Bufarini Srl – Servizi Ambientali vs Ministero dell’Interno, Ministero della Transizione Ecologica, Comitato tecnico regionale delle Marche, Coordinamento per l’uniforme applicazione sul territorio nazionale di cui all’art. 11 del D.Lgs. 105/2015

(Kawża C-224/24, Società Eredi Raimondo Bufarini – II)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Società Eredi Raimondo Bufarini Srl – Servizi Ambientali

Konvenuti: Ministero dell’Interno, Ministero della Transizione Ecologica, Comitato tecnico regionale delle Marche, Coordinamento per l’uniforme applicazione sul territorio nazionale di cui all’art. 11 del D.Lgs. 105/2015

Domandi preliminari

Id-definizzjoni ta’ “preżenza ta’ sustanzi perikolużi” li tinsab fil-punt 12 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE 1 tipprekludi prassi li biha t-tbassir tal-kwantitajiet ta’ sustanzi perikolużi preżenti f’impjant tat-trattament tal-iskart isir permezz ta’ proċedura operattiva implimentata mill-operatur (u possibbilment tingħata l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi 2 jew fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (riformulazzjoni) 3 ), li, billi jikklassifika skart bħala taħlita fis-sens tal-punt 11 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/18/UE, jipprevedi monitoraġġ kostanti tal-kwantità ta’ sustanzi perikolużi preżenti fl-impjant u jiżgura li l-limiti minimi u massimi stabbiliti rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2012/18/UE ma jinqabżux?

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/18/UE, li jipprevedi li l-operatur għandu l-obbligu li jibgħat “notifika lill-awtorità kompetenti” li jkun fiha l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 7(1) tal-istess direttiva, interpretat fid-dawl tal-prinċipji tal-kompetizzjoni u tal-libertà tal-istabbiliment, jipprekludi regola bħal dik stabbilita fl-Artikolu 13(1), (2) u (5) tad-decreto legislativo n. 105/2015 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 105/2015) li jipprevedi li l-komunikazzjoni tal-informazzjoni għandha ssir esklużivament permezz ta’ “komunikazzjoni, imfassla skont il-formola li tinsab fl-Anness 5” (paragrafu 1), “iffirmata skont il-forom ta’ awtoċertifikazzjoni konformement mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ” (paragrafu 2), “mibgħuta mill-operatur lid-destinatarji msemmija fil-paragrafu 1 fil-forma elettronika bl-użu tas-servizzi u tal-istrumenti ta’ trażmissjoni distanti li jinsabu għad-dispożizzjoni permezz tal-inventarju tal-istabbilimenti li jistgħu jikkawżaw inċidenti fis-sens tal-Artikolu 5(3)” jew “esklużivament permezz ta’ posta elettronika ċċertifikata b’firma diġitali” (paragrafu 5), li teskludi, f’dak li jirrigwarda din it-tilwima, metodu ta’ komunikazzjoni mwettaq permezz ta’ “proċedura operattiva implimentata mill-operatur” li tipprevedi l-monitoraġġ kostanti tal-kwantità ta’ sustanzi perikolużi preżenti fl-impjant u jiżgura li l-limiti minimi u massimi stabbiliti rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2012/18/UE ma jinqabżux?

____________

1     ĠU 2012, L 197, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 191, p. 13.

1     ĠU 2008, L 312, p. 3.

1     ĠU 2010, L 334, p. 17, rettifika fil-ĠU 2012, L 158, p. 25.