Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fil-5 ta’ Awwissu 2015 – Evelyn Danqua vs The Minister for Justice and Equality Ireland u the Attorney General

(Kawża C-429/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Evelyn Danqua

Konvenuti: The Minister for Justice and Equality, Ireland u the Attorney General

Parti oħra: The Refugee Legal Services

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, applikazzjoni għal ażil, irregolata minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifletti l-obbligi tal-Istat Membru skont [id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija], tista’ titqies bħala punt ta’ paragun xieraq ma’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja?Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, għandu jitqies f’dan ir-rigward il-fatt li t-terminu li fih għandhom jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għal protezzjoni sussidjarja jservi l-għan importanti li jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jkunu ttrattati f’terminu raġonevoli?

____________