Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – Evelyn Danqua vs Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General

(Kawża C-429/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/83/KE – Standards minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja – Regola ta’ proċedura nazzjonali li tipprevedi, għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew min-notifika taċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal ażil – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipju ta’ ekwivalenza – Prinċipju ta’ effettività – Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni susiusdjarja – Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ ritorn – Inkompatibbiltà)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Evelyn Danqua

Konvenut: Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta applikazzjoni għall-ksib tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja għal terminu ta’ dekadenza ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew jiddekorru min-notifika, mill-awtorità kompetenti, tal-possibbiltà, għal applikant għal ażil li ġie miċħud, li jippreżenta tali applikazzjoni.

____________

1 ĠU C 320, 28.9.2015.