Language of document : ECLI:EU:C:2021:854


 


 



Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ItTmien Awla) tal14 ta’ Ottubru 2021 –
INSS (Pensjoni tar-romol ibbażata fuq il-konkubinaġġ)

(Kawża C244/20) (1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 79/7/KEE – Artikolu 3(2) – Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Benefiċċji tas-superstiti – Pensjoni tar-romol ibbażata fuq relazzjoni ta’ konkubinaġġ – Klawżola ta’ esklużjoni – Validità – Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess – Benefiċċju li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7 – Inammissibbiltà – Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Nondiskriminazzjoni minħabba s-sess – Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għall-proprjetà – Sitwazzjoni ġuridika li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”

1.      Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 79/7 – Pensjoni tar-romol ibbażata fuq relazzjoni ta’ konkubinaġġ – Benefiċċji tas-superstiti – Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva u tad-Direttiva 2006/54

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54; Direttiva tal-Kunsill 79/7, Artikolu 3(2))

(ara l-punti 35 sa 40, 67)

2.      Domandi preliminari – Evalwazzjoni tal-validità – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Direttiva 79/7 – Domanda dwar il-validità tal-klawżola ta’ esklużjoni tal-benefiċċji tas-superstiti, prevista minn din id-direttiva – Pensjoni tar-romol ibbażata fuq relazzjoni ta’ konkubinaġġ li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva minkejja l-eżistenza ta’ din il-klawżola – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54, Artikolu 7(1)(a); Direttiva tal-Kunsill 79/7, Artikoli 3(1) u (2), u 4(1))

(ara l-punti 41 sa 54, u d-dispożittiv 1)

3.      Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tikkostitwixxix miżura ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

(Artikolu 6(1) TUE; Artikolu 19 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51(1) u (2))

(ara l-punti 57, 59 sa 63, 68, 69, u d-dispożittiv 2)

Dispożittiv

1)

L-ewwel domanda preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Cataluña, Spanja) hija inammissibbli.

2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għat-tieni sar-raba’ domanda preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Cataluña).


1      ĠU C 320, 28.9.2020.