Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Queen's Bench Division) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta' Ġunju 2010 - The Chartered Institute of Patent Attorneys vs Registrar of Trade Marks

(Kawża C-307/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Queen's Bench Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Chartered Institute of Patent Attorneys

Konvenuti: Registrar of Trade Marks

Domandi preliminari

Huwa neċessarju li d-diversi prodotti jew servizzi koperti b'appplikazzjoni għal trade mark ikunu identifikati bi kjarezza u preċiżjoni, u, jekk iva, sa liema punt preċiżament?

Huwa permissibbli l-użu ta' termini ġenerali tal-intestaturi tal-klassijiet tal-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi stabbilita bis-saħħa tal-Ftehim ta' Nice tal-15 ta' Ġunju 1957 (kif rivedut u emendat) sabiex jiġu identifikati d-diversi prodotti jew servizzi koperti b'applikazzjoni għal trade mark?

Huwa neċessarju jew permessibbli li tali użu ta' termini ġenerali tal-intestaturi tal-klassijiet tal-imsemmija klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi jiġi interpretat skont il-Komunikazzjoni tal-President tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-suq intern Nru 4/03 tas-16 ta' Ġunju 2003, (ĠU UASI 2003, p. 1647)

____________