Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Jannar 2011 - Strack vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Ammissibbiltà - Att li jikkawża preġudizzju)
Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Servizz pubbliku - L-annullament ta' diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ċaħdu l-aċċess immedjat u sħiħ għad-data u dokumenti differenti li jikkonċernaw lir-rikorrent - Talba għal danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 315, 22.12.2007, p. 50.