Language of document : ECLI:EU:T:2008:64





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2008 – Guigard vs Il-Kummissjoni (Kawża T-301/05)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ xogħol iffinanzjat mill-FEŻ – Nuqqas ta’ aġir illegali tal-Kummissjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza”

1.                     Proċedura – Rikors għad-danni (Artikoli 225 KE, 235 KE, 238 KE u 240 KE) (ara l-punti 33-40)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Nuqqas ta’ waħda mill-kundizzjonijiet (It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 43-44)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt Komunitarju (Artikolu 288 KE) (ara l-punti 55-56)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Aġir illegali ta’ l-istituzzjonijiet (Artikolu 288 KE) (ara l-punti 55-80, 82-86)

Suġġett

Rikors għal ħlas ta’ kumpens intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-allegat aġir żbaljat tal-Kummissjoni meta ma ġedditx kuntratt ta’ xogħol tiegħu konkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u r-Repubblika tan-Niġerja ffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Philippe Guigard huwa kkundannat għall-ispejjeż.