Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Settembru 2009 - AceaElectrabel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/05)1

("Għajnuna mill-Istat - Settur tal-enerġija - Għajnuna għall-investiment għall-bini ta' netwerk ta' tisħin urban - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Obbligu għall-impriża benefiċjarja li l-ewwel tirrimborsa għajnuna preċedenti ddikjarata illegali u inkompatibbli - Kunċett ta' unità ekonomika")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: AceaElectrabel Produzione SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola, C. Bazoli u F. D'Alessandri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Electrabel (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola u C. Bazoli, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/598/KE tas-16 ta' Marzu 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja - ir-reġjun tal-Lazio - beħsiebha timplementa favur it-tnaqqis tal-emmissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra (ĠU 2006, L 244, p.8).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AceaElectrabel Produzione SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fil-punt 3 hawn taħt.

Electrabel għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni minħabba l-intervent tagħha.

____________

1 - ĠU C 257, 15.10.2005.